Il-Praspar tal-Bidi Badu
(Humour) Adventures of a fictitious Maltese Hobo (Maltese Text)
| 10 Kif ghadna darb ohra quddiem ir-remissa
tal-Bidi Badu inbnew hafna djar godda. Fid-dar tal-faccata dahlet toqghod xebba pulita u
gustuza hafna ta' xi 20 sena. Sewwa sew kif sebah, il-Bidi kien ra ragel iħabbathielha
il-bieb.Ix.xebba nizlet tiftahlu u qabel ghalqet il-bieb wahhlet karta mal-habbata.Il-Bidi
ma kienx sa imut bil-kurzita,u ghalhekk mar quddiem il-bieb biex jara x'fiha il-karta.
"Welcome back to Malta brother" kien hemm miktub L-ghada rega' l-istess haga, pero' kien gie ragel iehor. Ix-xebba ghamlet l-istess bhal gurnata ta' qabel u wara li dahlitu gewwa wahhlet karta ohra mal-habbata. Il-Bidi rega' mar jaqra il-karta li din id-darba kienet tghid "Welcome back to Malta cousin" Darb' ohra dahal ragel imdahhal sewwa fiz-zmien, u fil-karta mal-bieb kien hemm miktub "Welcome to Malta Father" Din il-pantomina baqghet sejra ta' kulljum. Il-Bidi beda jikkonfondi ghax qatt ma ra familja kbira daqs hekk. Meta darba dahlu zewg guvintur u fil karta kien hemm miktub "Welcome to Malta my twin brothers", il-Bidi ma setax jissaporti izjed. L' ghada fil-ghodu qam kmieni u mar dritt ihabbat
il-bieb tax-xebba. "Xi trid" qaltlu ix-xebba b'ton ta' rabja. Fil pront il-Bidi
uriha il-kartellun li kellu f'idu bil-kitba. "Welcome to Heaven
Bidi". |
11 Dan l-ahhar il-Gvern ta' Malta kien hareg ligi biex iwaqqaf it-talb mit-toroq. Din kienet daqqa ta' harta kbira ghal Bidi Badu. Minghajr it-talb ma setax jghix, u ghalhekk ried jara x'sa jaghmel biex ikollu x'jiekol u fejn jorqod. Dan ix-xifajk ghamel hsieb f'rasu li jaghmilha ta' mignun biex forsi jitfghuh go xi sptar jew f'xi post fejn ikollu fejn jorqod u jiekol. Xi sitt xhur wara insibu lill-Bidu Badu go post sabih fejn jiehdu hsieb dawk l-imsieken li kienu marru minn mohhom. Hemm kien veru ghal qalbu ghax ma kien jonqsu xejn. Kien irnexxilu jidhol hemm, ghax dahhal f'rasu li ma jghid l-ebda kelma hlief: "Irrid naghmel zbandola" Kull min kien jistaqsih xi haga, kien iwiegeb l-istess haga "Irrid naghmel zbandola." Darba fill-gimgha l-Professur tal-post kien imur jara lill-Bidi u jistaqsih. "Ser naghmlu illum Bidi?" dan kien ikun pront u jwiegeb "Sa naghmel zbandola Profs" Il-Professur kien qata' qalbu minn u, ghax kien baqa' l-istess u ma kienx sejjer ghal-ahjar. Waqt wahda mil-visti bhas-soltu "Ser naghmlu illum Bidi" staqsih il-Professur "Sejjer ma dik in-Nurse is-sabiha, Profs." qabez il-Bidi Badu... "Veru Bidi?" qallu il-Professur bit-tama li dan gej il-quddiem u jkun jista' jehles minnu. "U int bhalek, ghalfejn trid tohrog ma dik in-Nurse?" Kompla jghidlu t-Tabib skantat. "Iva Profs, sa nohoda fil-kamra tieghi u nitlobha tinza' l-qalziet u r-ricipetto" "Skuzi? Il-qalziet r-ricipetto
ghidt?" qabez il-Profs, b'halqu miftuh u fl-istess hin jogħrok
idejh. "Mela Profs." qabez
il-Bidi Badu ferhan "kif nohdilha l-hwejjeg ta' taht naqlalhom il-lastiku
biex naghmel zbandola" |
| 12 Il-Bidi Badu rikeb ix-Xarabank biex imur il-Belt, u qaghad bil-qieghda hdejn
it-Tabib Frendo. "Bon-gu' Dot" sellem il-Bidi Badu. "Bon-gu' Bidi"
irrisponda it-Tabib waqt li beda jipprova jersaq il-boghod mir-riha tax-xorb u 'l-hmieg
li kellu fuqu il-Bidi. "Dot ghamilli pjacir" staqsa il-Bidi
Badu "tista' tghidli biex jigi ir-rewmatizmu ma gismek kollu? " "Ir-rewmatizmu jaqbad lis-sakranazzi, il-mahmugin, l'ghazzenin u dawk kollha li jigru man-nisa u jghixu hajja hazina " irrispondih it-Tabib Frendo, waqt li kellu mitt sena sakemm jaslu il-Belt. "X' ghar-u-casa. Mela sewwa bdew jghidu Nhar
il-Hadd fuq iz-zuntier tal-knisja." tkaza l-Bidi "U int kemm
ilek tbati bih ir-rewmatizmu, Bidi." staqsih it-Tabib Frendo. "Jien
m' ghandi
l-ebda rewmatizmu Dot." irrisponda il-Bidi Badu. "Jien qieghed
nistaqsik ghax, miskin l' Arcipriet tar-rahal ilu zmien twil jbati biegh " |
| 13
Kienet regghat waslet
L-Imnarja f'Malta, fejn hafna Maltin jiccelebraw dawn il-Festi gewwa il-Buskett. Hemm
imorru l-ghannejja biex issemmghu l-ghana taghhom lid-diletanti kollha. Il-Bidi Badu ma
kienx jonqos li jattendi ghal-dawn il-Festi, ghaliex kien jghid li huwa
deletant tal-ghana, u kull tant kien jipprova jghanni xi wahda wkoll. Il-Bidi kien sama' li din is-sena kien sa jkun hemm tat-Television biex jaghzlu l-ghannejja ghal-programm tal-Ghana. Kif wasal jum L-Imnarja il-Bidi Badu habrek kmieni biex jitlaq lejn il-Buskett. Mieghu ha kaxxa tal-injam li kien issellef minghand Haxixu u radju zghir bil-kaset. Kif wasal il-hin tal-ghana, il-Bidi Badu sab post fil-gholi, qabbad il-kaset, tela' bil-wieqfa fuq il-kaxxa u beda jghanni. "Jien jisimni Il-Bidi Badu, Jien ir-radju nghamlu jghajjat, Kif toqghodu hemm fil-folla, Jekk ma tridux tigu hdejja, Dan sejjahli "Mr. Badu, "Halli ssib xi vokazzjoni, Jiena ghidtlu "Mr.Murdock, |
| 14 Biex jaqla' xi haga tal-flus il-Bidi Badu
kien spiss jahdem mal-Inglizi jew jaqdihom xi ftit. Dan l-ahhar kien qabad ma zewg anzjani
Inglizi li kienu sa jirtiraw Malta. "We got our pension and decided to retire in
Malta" beda Mr. Jones. "Mrs Jones and I fell in love with the Island when I was
stationed at Kordin Prisons in 1954" "Ara jien ma min gejt nitwikka wkoll" gerger wahdu il-Bidi Badu "Dan x'ghamel hazin biex ghalquh il-habs, nispera li ma hux xi brigant jew halliel. Jien mhux min jisraq lili ghandi bzonn, imma lil min..." "Listen Joe" qatalu kliemu l-Inglis, "I want you to be my right hand man and help us with some of our chores" "Jiena m' hiniex Joe. I am il-Bidi Badu, u bir-right hand me no good ghax jien xellugi u l-anqas ma jien mastrudaxxa. Me no make chairs" irrisponda il-Bidi Badu. "I do not understand the lingo, so I will call you Joe for short. You look after us and you will get rewarded well" assigurah Mr.Jones. "I have to go out for a while, but I am expecting visitors from England. Joe, please stay and watch the front door and when they arrive, inform Mrs.Jones ." spjegalu Mr. Jones "Orrajt Sinjur" irrisponda il-Bidi wara li kien ga nesa li sa jsejjahlu Joe u mhux Bidi. Wara li ghadda daqsxejn tal-hin, "Joe?.. Joe?" ghajtitlu is-Sinjura mil-kamra ta' fuq. .."le Sinjura ghadhom ma gewx, when they come I tell you. tikkonfondi xejn" accerta il-Bidi waqt li intefa minn tulu fuq it-targa. Meta is-Sinjura ma semghatx hossu regghat ghajtitlu "Joe? Joe?" ..."U x' jafek" qabes il-Bidi "You told me you have pension, x'sar minnha il-pacenzja, harbitlek?" Il-Bidi rega intefa' min tulu fl-art u beda jonhor qisu qed jisserra l-injam. Wara ftit hin gie lura Mr.Jones.. "Hey Joe, what are you doing... Joe...Joe" ghajjat is-Sinjur biex jipprova jqajjmu. "Le Sinjur ma nahsibx li gew, ghax jien ma' rajthomx." qabez l-Bidi nofsu rieqed. "I did not see them come from here, forsi dahlu mit-tieqa, Sinjur "kompla il-Bidi Badu. "Joe! Joe! what are you talking about?"
rega' staqsa Mr.Jones. "Kollox sew, Sinjur. La gow, gow, imma, as we say in Malta, if
they don't pass from the door they pass from the window. You pay me to watch the door. I
dont charge you for the window OK" qabez il-Bidi Badu waqt li hareg idu biex
jilqa' l-flus. |
TOP NEXT |
| 15 Il-Bidi mar ghand Maltembu biex
jixtri gardell halli jonsob bieh. Kif dahal il-hanut ra pappagal fuq passiggiera fl-gholi
jaqbes u jisfen kemm jiflah. "Dak il-pappagal jitkellem jew le" staqsa
l-Bidi "Daz-zgur li jitkellem" kien pront Maltembu " meta jaqbad
jitkellem johodlok rasek, daqs kemm jghid" "Allura ghalfejn irbotlu dak l-ispag ma saqajh" kompla jistaqsi l-Bidi. "Halli nghidlek Bidi" beda jispjega Maltembu "Jekk tigbed l-ispaqa l-hamra il-pappagal jaqbad jirrabja u jitkrellem hazin u jekk tigbed l-ispaga s-sewda jibda jitlob qiesu Patri fil-kunvent" "Eq.. u jekk tigbidomlu it-tnejn fdaqqa xjghamel" kompla l-Bidi bid-dahqa" "Ej Ej" ghajjat fil-pront il-pappagal
"ara haqq ~*#*&* ma jfettillekx tigbidhom it-tnejn ghax twaqqani minn hawn fuq
ghal-isfel u ghadni m'ghidtx ir-ruzarju, ja injorant" |
| 16
Il-Bidi Badu beda jahseb
li jmur iqatta xi jumejn ma shabu l'Awstralja, ghalhekk baght ittra lil-habib tieghu
z-Ziggy u qallu hekk: "Ghaziz Zigi, Jiena gej l Awstralja biex inqatta jumejn maghkom ghas-sajf taghkom u nixtieq inkun naf jekk il-bahar ta hemm hux perikolus ghal ghawm. Ziggy ibghat ghidli jekk ingibx malja mieghi ghax jien smajt li hemm ghandkhom hafna kukkudrilli salvaggi li jieklu n-nies. Billi z-Ziggy huwa ragel ta qalbu tajba u jhobb jaghmel pjaciri lill-kullhadd baghtlu risposta ta malajr u kitiblu hekk: "Ghaziz Bidi Badu, Tghatix kas ta dak li jghadulek in-nies, gieb
il-malja mieghek u serrah rasek ghax fejn immorru nghomu ahna mhemm l-ebda biza
tal-kukkudrilli. Anzi jien nassigurak li kemm ili mmur il-bahar jien qatt ma rajt
kukkudrill wiehed. Bidi ibqa cert li fejn nibathek tghum jien ma tarax
kukkudrilli, ghax dawk ma jersqux fpostijiet fejn ikun mimli
bix-Sharks." |
| 17 Meta 'l-Bidi Badu kien ghadu daqsxejn ta
guvni kien ihobb imur jimxi fil-kampanja jew madwar il-bahar. Darba wahda waqt
gurnata tahraq tixwi 'l-grieden, il Bidi kien ghaddej bil-mixi fi triq
disabitata
fl-inhawi tar-Rabat. Tant kienet shana li kellu jintefa taht sigra tal-harrub u beda
jixrob l-ilma li kien igor mieghu. F'daqqa wahda jara xebba gustuza fuq
bajsikil gejja tigri lejh. "Mister" qaltlu " Jekk
joghgbok tini ftit ilma ghax sa mmut bis-shana" "Isma sinjorina, jiena hawn ma' ghandiex xi bir, dan il-flixkun biss ghandi u baghqali siegha mixi sakemm nasal id-dar" irrispondiha il-Bidi. "Tini nixrob daqsxejn, imqar kemm inxarrab xoftejja" bdiet titlob ix-xebba. Imma kollu kien ghal-xejn ghax il-Bidi tefa l-flixkun fil-barzakka u rega qabad jimxi. f'daqqa wahda ix-xebba marret quddiemu u tefghat ir-rota hdejn saqajh, nezghet hwejjiga kollha u tefghitom ma saqajh. Ara Mister" qaltlu bil-hniena "Tini l-flixkun ta' l-ilma u hu li trid basta t' aghtini nixrob" Il-Bidi wasal l-Imsida ferhan u wiccu dahqani u mar dritt ghand Lippu tal-imbid biex jara lill-shabu. Kif dahal hemm staqsewh xi gralu u min fejn kien seraq dik il-bajsikil imsadda li kellu f'idu. Il-Bidi pogga fuq banketta u beda jirrakontalhom x'kien gralu xi siegha ilu. "Imma kemm sa ddum injorant Bidi, min dak
kollu li offritlek dik ix-xebba rota msadda ghogbitek" ghajtu Cikku u Wenzu
b' lehen
wiehed. |
| 18 Zmien ilu, il-Bidi kien fettillu
jipprova jrabbi il-hniezer biex meta jkollu hafna imur ibigħhom
il-biccerija. Wara li kien
ghamel zmien twil jittallab, jibki u jinghi ghand kull min kien irabbi
il-hniezer, kien
irnexxilu li fl-ahhar jiddobba hanzira u hada fil-bitha tar remissa. Issa kellu
bzonn jghamara ma xi hanzir halli jkolla iz-zghar, ghalhekk ftihem ma Karmnu
tac-Cattra
biex jħammarhielu. Wara battikata kbira biex
jghabbiha fuq il-karrettun, hada fir-razzett
tas-Sur Karm. biex jħammarhielu mal-hanzir tieghu. "Issa Sur Karm kif inkun naf jekk il-hanzira giet imghammra jew le?" staqsa il-Bidi. "Jekk tbqa tigri barra u tinqaleb fuq il-hamrija ma jkun hemm xejn, imma jekk tara' tfittex xi post fil-kenn tkun taf li sa jkollha z-zghar." Spjegalu is-Sur Karm. Il-hanzira baqghet fuq il-hamrija u ma ridetx taf bil-kaxxa li ghamilla il-Bidi f'rokna tal-bitha. Il-Bidi kellu jehoda ghand is-sur Karm tlett darbiet ohra biex forsi titghammar. Karmni is-Sindikajra kienet tihodlu hsieb il-hanzira meta il-Bidi ikun barra mir-remissa "Karm" staqsa il-Bidi kif dahal fir-remissa "fejn qieghda l-hanzira fil-kaxxa jew ghada titgerbeb fil-hamrija?" "Le Bidi il-hanzira la qieghda fil-kaxxa u l-anqas fuq il-hamrija" irrispondietu Karmni. "Mela fejn marret?" ghajjat il-Bidi "Telat fuq il-karrettun u qeda
tistenniek biex
terga tohoda ghand is-sur |
| 19 Darba Wahda waqt li kien ghaddej minn Sqaq Fawwara,
il-Bidi Badu ra kelb, mahmug jinten u mejjet bil-guh. Il-Bidi gietu hniena minnu u
ghalhekk
gabru mit-triq u hadu lejn ir-remissa. Sewwa sew kif wasal tah borma mimlija
ikel li
kien jigbor minn fuq xi bastiment, u wieghdu li xi darba jahslu wkoll. "Sa naqbad insemih dan il-kelb" haseb wahdu il-Bidi Badu, ikkonfondut. "Stenna ftit hej." intebah il-Bidi "u din hija kelba u mhux kelb... Mela insemmiha Mara... Mhux mara hi" haseb kuntent il-Bidi Badu. Kull fejn kien imur il-Bidi kien jiehu mieghu din il-povra kelba, u dan kien jitkellem maghha qisu qieghed jirraguna ma xi persuna. "Ejja l-hawn Mara.. Ejja halli naqsmu it-triq, Mara" inkella "Tfal halluha kwieta lill-Mara, Orrajt, toqghodux tittantawha ghax tigdimkom" Darba waqt li kien il-Belt, fettillu jmur il-Premier biex jiehu kafe. "Kafe' iswed u galleta, ghalija u ghal-Mara, plattina bl-ilma u ghadma kbira" ghajjat Il-Bidi Badu x' hin resaq lil-waiter hdejh. "X' mara hi? Jien lilek wahdek qed nara." Irrisponda malajr il-waiter "Mara hawn hdejja kienet, imma bhal-issa nahseb li dahlet taht xi mejda biex taghmel daqsxejn facenda. Tikkonfondi xejn, habib" Kompla il-Bidi Badu "Dal waqt tara gejja tigri. Dik ma toqghodx minghajri. Il-pjacir taghha hu li toqghod hdejja, thakkek mieghi u taqbes fuqi. Meta nirrabja maghha, tinteffa tahti u toqghod tilghaqli saqaja." Il-povru waiter qabad ihokk rasu kemm jiflah, u dabbar rasu lejn il-kcijna. Wara li dam xi saghtejn jistenna ghal-xejn biex igibulu il-kafe', il-Bidi Badu iddejjaq u ta ir-rotta ghal-Putirjal biex, jaqbad ix-Xarabank, u jmur lura lejn daru. "Ejja ha 'mmorru Mara... Ara kif titla' l-istaffa ma tmurx twegga saqajk" qal lill-kelba.. "Ghal-Imsida habib, kemm hu il-fare" staqsa il-Bidi. "Sixpenz" qabez ix-xufier "tlett soldi
tieghek u tliet soldi tal-mara" kompla ix-xufier jidhaq kemm jiflah "Kollox
sew" qallu il-Bidi "Mela hawn it-tliet soldi tieghi u jekk trid
it-tlet soldi
tal-mara itlobomla int, ja pulcinell" |
| 20 Il-Bidi Badu kien ghand McDonald's
jikol Big Mac u fuq il-mejda ta' hdejh kien hemm kopja xjuh li kienu ordnaw xi
ikel.
Il-Bidi induna li 'r-ragel kellu quddiemu platt bil-hamberger u chips u tazza coke waqt li
il-plat u tazza ta' quddiem il-mara kienu vojta. Bil-galbu kollu ix-xieh beda jaqsam il-hamberger min-nofs u meta lesta beda jghodd ic-chips, u ghamel nofs l-ikel fil-platt tal-mara . Meta kien kuntent li iz-zewg platti kien fihom l-istess, ferra nofs il-coke fit-tazza l-vojta ta' martu. Ix-xieh qabad jiekol mil-platt tieghu waqt li x-xiha baqghet thares skantata lejn zewga u tilghaq xuffteja. Il-Bidi gietu hniena min dawn ix-xjuh ghax haseb li kienu xi tnejn fqar, ghalhekk dar lejhom u staqsihom jekk jimpurtax li jixtrilhom xi haga tal-ikel hu. "Grazzi hafna habib, imma dan hu bizzejjed ghalina" qabez ix-xih "Ghallura ghaliex marthek m'hiex qed tiekol" rega' staqsa il-Bidi "Halli nghidlek Bidi" qabzet ix-xiha bil-prudenza kolla "Ahna ilna mizzewgin 50 sena u min dejjem naqsmu u nuzaw kollox bejnietna imma qabel ma jispicca l-ikel id-darling tieghi ma nistax naqbad niekol jien, hux vera?" "Ovvjament qed thalli lil-zewwgek jiekol qablek
bhala rispett, hux hekk." kompla l-Bidi "Le! mhux ghalhekk. Imma
kumbinazzjoni illum hu jmisu juza is-snien foloz l-ewwel" |